Profil Personali

Dr Alexiei Dingli, twieled fid-29 ta’ Diċembru 1979 u għex il-parti l-kbira ta’ ħajtu fil-Belt Valletta. Hu beda l-istudji tiegħu fi skola primarja ġewwa il-belt, umbaghad wara eżami, kompla il-formazzjoni tiegħu (sekondarja u post-sekondarja) ġewwa il-Kulleġġ De La Salle fil-Kottonera. Wara li għamel l-eżamijiet kollha u ġab l-għola marka fiċ-ċertificat tal-Matrikola, beda il-baċellerat fix-xjenza tal-kompjuters (B.Sc. IT Hons) fl-Universita ta' Malta fejn għal-darba oħra, iggradwa bl-għola marka possibli.

Ftit wara, iddecida li jkompli l-istudji tieghu gewwa L-Universita ta' Sheffield l-Ingilterra. Biex jkun jista jħallas l-istudji tiegħu u jmantni ruħu, huwa sab xoghol bħala-ricerkatur ġewwa l-universita fejn kien qieghed jistudja. Hemmhekk qatta ftit inqas min tliet snin ta’ ħajtu u ġo zmien rekord irnexxilu jġib id-dottorat (Ph. D) fix-xjenza tal-kompjuter. Ix-xogħol tiegħu gie imfaħħar minn professuri ta’ fama internazzjonali (1) fejn gie ikkunsidrat bħala xoghol ta’ importanza dinjija, ġie ippublikat gewwa kotba u rivisti internazzjonali, u kien preżentat go l-aktar konferenzi prominenti fis-suġġett (2). Meta reġa lura mil-Ingilterra, huwa beda jaħdem fil-Korparazzjoni tax-Xogħol u Taħrig fejn jokkupa il-kariga ta’ Senior Manager. Apparti minn dan, huwa ukoll jaħdem bħala Lecturer ghal-Universita ta' Londra fl-istitut tat-teknoloġija, St Martins. F’dawn l’aħħar snin, hu irnexxielu jġib ukoll il-Masters in Business Administration (MBA) mil-Universita ta’ Grenoble fi Franza fejn iggradwa  bl-għola grad possibli.

Dr Dingli ilu jaħdem fi ħdan il-Partit Nazzjonalista għal-dawn l-aħħar sittax il-sena. Beda jagħti daqqa t’id bħala voluntier meta kellu biss ħdax il-sena. Ta’ ħmistax il-sena, huwa daħal għal l-ewwel darba fil-kumitat sezzjonali tal-Belt Valletta fejn kien jieħu ħsieb il-fergħa żgħażuha tal-lokal. Mal-wasla tiegħu lura mil-Ingilterra, reġa daħal fil-kumitat lokali fejn kien jokkupa il-kariga ta’viċi president u ftit tax-xhur wara laħaq President tal-Kumitat Sezzjonali fil-Belt Valletta. Kariga, li għadu jokkupa sal-ġurnata tal-lum. Fl-2005 hu ikkontesta l-elezzjoni tal-kunsilli lokali fuq il-Belt Valletta, fejn ġie elett bħala-Kunsillier. Fil-portafoll tiegħu insibu iż-żaghzagh, l-edukazzjoni, l-element soċjali u x-xoghol. F’dawn l-aħħar snin bħala kunsillir, hu ikkordina bosta proġetti, l-akbar wieħed ikun it-twaqqif tax-xibka tal-komunita li serva ta’ katalist sabiex fil-Belt, il-gvern ċentrali jiftah ċentru tal-kommunita.

Dr Dingli huwa żgħażugħ ħabrikie li lest li jgħin lil ħaddieħor, dinamiku u mimli enerġija. Hu jemmen li pajjiżu tah ħafna u li wasal iż-żmien sabiex hu jikkontribbwixxi lura lejn pajjiżu permezz tas-servizz tieghu.

Download:

PDF Dr Dingli Curriculum Vitae

Noti:

1. Ix-xoghol ta' Dr Dingli gie mfaħħar min Professur James Handler (Universita ta' Maryland, US), Dr James Backhouse (London School of Economics and Polital Science, UK), Professur Brian Collins (Cranfield University, UK), Dr Mike Kirton (University of Cambridge, UK), Dr Tom McCutcheon (Newcastle University, UK), Professur Mike Sharples (University of Birmingham, UK), Dr Mark Hylton (Engineering and Physical Sciences Research Council, UK).

2. Internation Conference on Knowledge Capture (US), International Semantic Web Conference (US and Italy), Workshop on Knowledge Markup and Semantic Annotation (US), Workshop on Human Language Technologies (US), International Joint Conference on Artificial Intelligence (Mexico), European Chapter of the Association of Computational Linguistics (Hungary), Computer Linguists of the UK Colloquim (UK), International Conference on Knowledge Engineering and Knowledge Management (Spain), Semantic Authoring, Annotation and Knowldge Markup (France), ACM Sperical Interest Group on Information Retrieval (UK and Finland), European Semantic Web Symposium (Greece).